għaqda talent dingli

Tagħrif - GĦTD

        Fis-sena 1987 raġel Żebbuġi xtaq li jtellgħa dramm tal-passjoni ġewwa l-Knisja ta’ Ħad-Dingli. Wara ħafna taħbit u dedikazzjoni, bl-għajnuna tal-Kappillan ta’ dak iż-żmien, Dun Richard Borġ irnexxielu jgħaqqad grupp ta’ madwar erbatax –il żagħżugħ u żagħżugħa u tella’ d-dramm kif kien pjanat.

           

            Il-grupp twaqqaf uffiċċjalment f’Diċembru ta’ l-1991 taħt l-isem ta’ “DINGLI PARISH DRAMA CIRCLEu l-għan tal-grupp kien li nrawwmu u nkattru l-kultura fil-Lokal tagħna, f’pajjiżna u anke barra minn xtutna.

 

            Maż-żmien il-grupp kompla jikber u għalkemm minn ħin għall-ieħor kienu jinqalgħu xi ntoppi, il-grupp sab soluzzjoni għal kull problema li kien hemm u kompla miexi b’kuraġġ u determinazzjoni.

 

            Iżda nhar it-13 ta’ Diċembru 2001 membru li kien ta’ riedni għall-grupp u stinka mhux ftit biex il-grupp ifforma ruħu, is-Sur Roger Aquilina li kien il-President u d-Direttur tal-grupp ħalliena wara marda qasira. Ftit qabel ma kien miet huwa kien wera x-xewqa li jigri x’jigri aħna nkomplu nħarsu l-quddiem u nkomplu nsaħħu fuq dak li kien ħalla hu. U l-kumitat hekk għamel u għadu jagħmel sa llum.

 

            Nhar is-17 ta’ Novembru 2003 il-grupp ħa l-awtonomija assoluta u ma baqax taħt il-kappa tal-Knisja. Il-grupp ta nofs il-fondi li kellu lill-Knisja fejn ta’ min jgħid li dawn marru fil-fond tal-manutenzjoni tal-koppla. Propju minn dak inhar il-grupp ħa l-isem il-ġdid tiegħu, propju dak li bih nafuh illum – “GĦAQDA TALENT DINGLI”.


Matul is-sena l-għaqda torganizza diversi attivitajiet. Dawn li ġejjin huma attivitajiet li jkunu fissi minn sena għal oħra.

>>  Dramm tal-Passjoni f’Ħadd il-Palm

>>  Jum id-Drama fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju

>>  Attivitajiet tal-Milied li jinkludu:

>     Ittra lill-Father Christmas mingħand it-tfal.

>     Tqassim tar-rigali ma’ Ħad-Dingli mill-Father Christmas


Minbarra dawn l-attivitajiet imsemmija l-għaqda minn żmien għal żmien torganizza fund raising activities bħal ‘Wine & Pizza’, ’Football Tournaments’, ‘Pasta Nights’, ‘Tombla’, ħarġiet kulturali, etc…